TIO Logo
   Home
  About Us
  Consumers
  Consumer   Advocates
  News

   " " Media
  Statements

   " " Complaint
  Statistics

  " " FAQs
  Publications
  Useful Links
  Contact Us
  Site Map
  Members of   Scheme

Website Search

Enter Keyword/s
   Home | News | Publications | Fact sheets for non-English speaker | Maltese

Maltese

Informazzjoni dwar l-Ombudsman ta’ l-Industrija tat-Telekomunikazzjonijiet (TIO) (PDF 51KB)

X’inhu l-Ombudsman ta’ l-Industrija tat-Telekomunikazzjonijiet (TIO)?

It-TIO huwa servizz b’xejn li twaqqaf biex jgħin lil nies li ma jkunux jistgħu jsolvu problemi ma’ kumpaniji tat-telefon u l-internet.

Madankollu, għandek tipprova issolvi l-ilment tiegħek mal-provditur tas-servizz tiegħek qabel iċċemplilna.

X’nistgħu ninvestigaw

It-TIO jista’ jinvestiga lmenti dwar kwistjoniijet ta’ telefon ċellulari, telefon fiss u l-Internet li għandhom x’jaqsmu ma’:

  • kontijiet (inklużi pjanijiet ħżiena, ċarġis mhux korretti, kontijiet tard)
  • problemi b’servizzi ta’ abbonamenti ta’ messaġġi bit-text għal telefon ċellulari (li ma tkunx tista’ twaqqafhom)
  • difetti u kwalità ta’ servizz
  • dewmien f’konnessjonijiet
  • attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejn (inklużi diffikultajiet bi pjanijiet ta’ ħlas u nuqqasijiet ta’ ħlas bi kreditu)
  • kuntratti (inklużi termini mhux ġusti jew mhux ċari).

X’ma nistgħux ninvestigaw

Ma nistgħux ninvestigaw ilmenti dwar:

  • kwistjonijiet li kont taf dwarhom għal aktar minn sena qabel tkun ikkuntattjajtna (f’xi każi nistgħu nestendu dan għal sentejn)
  • policies tal-gvern dwar telekomunikazzjonijiet
  • tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet li jkollok privatament (inklużi ħlas sħiħ għal handsets tat-telefon ċellulari jew kompjuters)
  • il-kontenut ta’ servizzi bħal m’hu s-sħubija għal ton li bih iċempel telefon ċellulari jew websajts
  • il-prezzijiet li kumpaniji jiċċarġjaw għas-servizzi u l-prodotti tagħhom
  • kwistjonijiet li kienu (jew huma lesti għal quddiem) qorti jew tribunal.

Servizz ta’ interpretu

Jekk teħtieġ interpretu ċempel 131 450. Dan is-servizz huwa b’xejn. Tista’ wkoll tawtorizza lil xi ħadd biex jagħmel ilment lit-TIO f’ismek jekk ma tkunx komdu li tikkomunika bl-Ingliż.

Kif tikkuntattja lit-TIO
Telefonata b’xejn: 1800 062 058*
TTY: 1800 675 692
 
Iktbilna:
Fax b’xejn: 1800 630 614
Email: tio@tio.com.au
  complain@tio.com.au
Posta: PO Box 276
  Collins Street West VIC 8007

* Jista’ jkun hemm ħlas għal telefonati minn telefon ċellulari, li jvarjaw skond il-provditur tas-servizz tiegħek. Jekk iċċempel minn telefon ċellulari, għidilna u aħna nċemplulek lura.

 


Read our Accessibility Statement and Privacy Policy © 2001 Telecommunications Industry Ombudsman Ltd